Uffiċċju tal-Preżentata
L-Uffiċċju tal-Preżentata jilqa' l-applikazzjonijiet relatati mar-Reġistru tal-Artijiet. Dawn jipproċċessaw applikazzjonijiet għall-ewwel reġistrazzjoni, t-trasferimenti u t-tiftix. Dawn joħorġu kopji ta' Ċertfikati tat-tTitli tal-artijiet u kopji tal-pjanti ta' titli reġistrati.
Servizzi Offruti
- Jilqgħu applikazzjoni għar-reġistrazzjonijiet ta' proprjetajiet immobbli (Formoli A-D)
- Jilqgħu applikazzjonijiet għal tiftix (Formola E)
- Jilqgħu pagamenti relatati mal-formoli sottomessi
Sezzjoni Teknika
Is-Sezzjoni Teknika hija responsabli mill-ipproċessar tal-applikjazzjoni milqugħa fl-Uffiċċju tal-Preżentata. L-applikazzjonijiet jiġu verifikati u l-pjanti diġitalizzati. Is-sezzjoni jagħmlu kuntatt man-Nutara u l-Periti ikkonċernati skond il-każ.
Servizzi Offruti
- Diġitalizazzjoni tal-Pjanti
- Ipproċessar tal-applikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Preżentata
- Jagħmlu r-riċerki neċessari għat-talbiet ta' riċerka
- Jassisstu in-nutara fir-rigward il-progress tal-applikazzjonijiet sottomessi
Uffiċċju tal-Condominium
L'Uffiċċju jieħu ħsieb jirreġistra amministraturi ġodda jew tibdiliet ta' amministrturi, ta' blokok ta' proprjetajiet. Jiġu irreġistrati ukoll regolamenti jew tibdiliet ta' tali, tal-condominium.
Servizzi Offruti
- Jilqgħu applikazzjoniijet relatati mal-Condominium (Formoli 1 u 2)
- Jiproċessaw applikazjonijiet
- Jilqgħu pagamenti għal applikazzjonijiet
Uffiċċju tal-Pjanti tas-Sit Uffiċjali
L'Uffiċċju jistampaw u jittimbraw il-pjanti tas-sit fuq karti speċjali.
Servizzi Offruti
- Jilqgħu talbiet għal pjanti tas-sit
- Jipproċċessaw tali talbiet
- Jilqgħu pagamenti għat-talbiet